Il-kronoloġija u l-proċess ta’ klassifikazzjoni
Il-kronoloġija tal-Premju
10-11 ta’ Ġunju 2025
Laqgħa tal-Ġurija tal-Premju LUX biex jiġu diskussi u magħżula l-ħames films li għandhom jiġu nominati għall-Premju LUX tal-Udjenza 2026
7 ta’ Ottubru 2025
Tħabbir tal-ħames films nominati fil-Parlament Ewropew fi Strażburgu
Ottubru 2025 - April 2026
Wiri u klassifikazzjonijiet tal-films nominati — iċ-ċittadini u l-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jaraw u jikklassifikaw il-films nominati u jiddeċiedu liema hu l-film rebbieħ.
April 2026 (id-data għadha trid tiġi kkonfermata)
Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza – jitħabbar ir-rebbieħ waqt iċ-ċerimonja fil-Parlament Ewropew fi Brussell
Il-proċess ta’ klassifikazzjoni
Kemm il-pubbliku kif ukoll il-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jikklassifikaw il-ħames films nominati mis-7 ta’ Ottubru 2025 sa April 2026 (id-data għad trid tiġi kkonfermata) fuq il-Pjattaforma l-ġdida ta’ Klassifikazzjoni LUX. Il-klassifikazzjonijiet jistgħu jinbidlu kemm-il darba sa tmiem il-perjodu ta’ klassifikazzjoni. Se titqies biss l-aħħar klassifikazzjoni li tkun saret.
Il-film bl-ogħla punteġġ totali, ikklassifikat kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-Membri tal-PE (il-piż tal-klassifikazzjoni huwa ugwali b’50% kull wieħed), se jirbaħ il-Premju LUX tal-Udjenza. Il-film rebbieħ se jitħabbar fiċ-Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza f’April 2026 (id-data għadha trid tiġi kkonfermata) fil-Parlament Ewropew fi Brussell.