Filmati

 

 

Ir-rebbieħ tal-Premju LUX tal-Udjenza 2026

Deaf

Eva Libertad

Ir-rebbieħ tal-Premju LUX tal-Udjenza 2026 tħabbar fl-14 ta’ April fl-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew fi Brussell. Nifirħu lil Eva Libertad li ddireġiet il-film rebbieħ “Deaf”.

Aqra aktar dwar iċ-ċerimonja

L-edizzjoni tal-2027 se titnieda fil-25 ta’ Novembru 2026 fi Strażburgu, fejn se jitħabbru l-ħames films nominati

 

Iċ-ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza, fl-14 ta’ April 2026.

 

 

Bis-saħħa tal-Premju LUX tal-Udjenza, il-ħames films nominati kollha se jiġu sottotitolati bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE sabiex jintwerew fl-Istati Membri kollha tal-UE u lil hinn minnhom. Għall-edizzjoni tal-2026, u għall-ewwel darba, il-ħames films nominati kollha se jiġu sottotitolati għall-persuni neqsin mis-smigħ u għal dawk li għandhom diffikultà biex jisimgħu bl-24 lingwa kollha tal-UE, biex b’hekk isiru aktar aċċessibbli. 

Kull sena, il-Parlament Ewropew jorganizza wiri b’xejn ta’ films nominati madwar l-UE u jistieden lill-udjenzi Ewropej biex jgħidu tagħhom billi jikklassifikaw il-films fuq luxaward.eu.

Fost dawk li jkunu taw il-klassifikazzjoni tagħhom, għaxar ċittadini se jirbħu vjaġġ biex jattendu ċ-Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza fil-Parlament Ewropew u 120 ċittadin se jirbħu premji eċitanti oħra!

Ikklikkja fuq il-film għal aktar informazzjoni dwar id-dati disponibbli għall-wiri u segwina fuq Instagram u Facebook, għall-aħħar aġġornamenti.