Is-setgħa hija f’idejk: ara l-ħames films nominati għall-Premju LUX tal-Udjenza 2026 u kklassifikahom minn stilla waħda (fjakk) sa ħames stilel (eċċellenti) biex tiddeċiedi r-rebbieħ. 
Issottometti l-klassifikazzjonijiet tiegħek qabel April 2026 (id-data għad trid tiġi kkonfermata) u titlifx l-opportunità li tirbaħ firxa wiesgħa ta’ premji sbieħ, li jinkludu vjaġġ għall-Parlament Ewropew fi Brussell biex tattendi għaċ-Ċerimonja tal-Premju LUX f’April 2026 u tiltaqa’ mad-diretturi u mal-crews tal-films nominati.
Niżżel il-politika dwar il-protezzjoni tad-data għall-pjattaforma ta’ klassifikazzjoni tal-Premju LUX

 

 

 

 

 

Dwar il-Premju LUX tal-Udjenza

lux audience award logo

Il-Premju LUX tal-Udjenza jiġi ppreżentat kull sena mill-Parlament Ewropew u l-European Film Academy, bi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u Europa Cinemas. Il-Premju jiċċelebra ċ-ċinema Ewropew u għandu l-għan li jinvolvi lill-pubbliku Ewropew f’sens aktar wiesa’, u jiddibatti miegħu dwar suġġetti importanti tas-soċjetà li jirriflettu l-valuri komuni Ewropej tagħna bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-pluraliżmu u l-libertà tal-espressjoni.

Fejn tista’ tara l-films nominati

Il-Parlament Ewropew jorganizza wiri bla ħlas fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, tista’ tara l-film(s) billi tattendi wiri kummerċjali f’ċinema qrib tiegħek.
Bis-saħħa tal-proġett tal-Premju LUX tal-Udjenza, il-ħames films nominati kollha jiġu sottotitolati bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Għall-edizzjoni tal-2026, u għall-ewwel darba, il-ħames films nominati kollha se jiġu sottotitolati għall-persuni neqsin mis-smigħ u għal dawk li għandhom diffikultà biex jisimgħu bl-24 lingwa kollha tal-UE, biex b’hekk isiru aktar aċċessibbli. 

Agħfas fuq il-film għal aktar informazzjoni dwar id-dati disponibbli għall-wiri u segwina fuq Instagram u Facebook għall-aħħar aġġornamenti.
Aqra aktar dwar fejn tista’ tara l-films nominati

Il-Programm Talent Żagħżugħ

Il-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej u tad-diversità kulturali fost iż-żgħażagħ minn dejjem kienet prijorità tal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew u Europa Cinemas jagħżlu professjonist żagħżugħ wieħed għal kull pajjiż tal-UE permezz ta’ proċess ta’ applikazzjoni miftuħ.
Aqra aktar dwar il-Programm Talent Żagħżugħ

 

Sħab