Flow
Gints Zilbalodis
© Charades. All rights reserved.
Il-Latvja, Franza, il-Belġju | 85 min | 2024 | Animazzjoni
Id-dinja donnha waslet fi tmiemha, mimlija kif inhi bil-fdalijiet ta’ preżenza umana. Il-qattus huwa annimal li jħobb joqgħod waħdu, iżda peress li d-dar tiegħu nħakmet minn għargħar kbir, huwa jsib rifuġju fuq dgħajsa mimlija bi speċijiet varji, u se jkollu jingħaqad magħhom minkejja d-differenzi ta’ bejniethom. Fuq id-dgħajsa solitarja li tgħaddi minn pajsaġġi mistiċi, jinnavigaw qalb l-isfidi u l-perikli huma u jadattaw ruħhom għal din id-dinja ġdida.