A person dressed in a white lab coat and hat stands intently examining a large, dark, ornate sculpture. The setting is in a museum.

© Les Films du Losange. All rights reserved.

Franza, is-Senegal, il-Benin | 67 min | 2024 | Dokumentarju

Novembru 2021. 26 teżor irjal tar-Renju ta’ Dahomey waslu biex jitilqu minn Pariġi u jsibu triqithom lura lejn il-pajjiż fejn oriġinaw, dik li llum hija r-Repubblika tal-Benin. Flimkien ma’ eluf oħrajn, dawn l-artefatti nsterqu minn truppi kolonjali Franċiżi fl-1892. Iżda x’għandha tkun l-attitudni lejn ir-ritorn ta’ dawn l-antenati f’pajjiż li kellu jibqa’ għaddej minkejja n-nuqqas tagħhom? Jitqanqal id-dibattitu fost l-istudenti fl-Università ta’ Abomey-Calavi.

Ikklassifika l-film (open in a new tab)